Erbat irġiel Sirjani ġew illiberati minn kull akkuża wara li ddeċidew li ma jixhdux kontra xulxin meta ttellgħu l-Qorti mixlija ħebbew għal xulxin waqt argument f’Ħal Qormi.
L-irġiel li l-etá tagħhom tvarja bejn it-tmintax u t-tlieta u għoxrin sena wieġbu mhux ħatja tad-diversi akkużi miġjuba kontrihom.
Fil-Qorti l-irġiel li wħud minnhom dehru viżibbilment bid-demm mal-flokkijiet u wieħed minnhom saħansitra bil-punti f’rasu, xehdu li ftehmu bejniethom li ma jixtiequx jixhdu kontra l-irġiel l-oħra biex ma jinkriminawx ruħhom.
B’hekk il-Qorti, kienet kostretta minħabba n-nuqqas ta’ evidenza, tilliberahom minn kull akkuża.