Erbat irġiel ġew arrestati wara li allegatament attakkaw u serqu żewġt irġiel u anzjan.
Intalbet l-assistenza tal-pulizija fl-akwati tal-Ġonna ta’ San Maison fejn daħal rapport li raġel kien qed jitlob l-għajnuna wara li kien għadu kif ġie aggredit minn tlett irġiel.
Ir-raġel li kien aggredit ta deskrizzjoni tal-persuni li aggredewh u serquh. Minn hemm skattat investigazzjoni sakemm wieħed mill-allegat aggressuri f’Tal-Pietà.
Ir-raġel ħarab jiġri malli ra lill-pulizija u għaldaqstant il-pulizija ġrew warajh u arrestawh fi Triq San Ġorġ Preca. Fl-istess waqt, il-pulizija lemħu liż-żewġ persuni l-oħra li ukoll qablu mad-deskrizzjoni li ngħatat u ġew arrestati fi Triq Joe Gasan, f’Tal-Pietà ukoll.
Waqt li kienu qed iseħħu dawn l-arresti, il-pulizija ġew avviċinati minn ġuvni, li qalilhom li kien għadu kemm għamel rapport li ġie aggredit u misruq minn tliet persuni, bl-istess deskrizzjoni li ta r-raġel lill-Pulizija.
Dan filwaqt li ftit tal-mumenti wara l-pulizija ġew infurmati illi daħal rapport ieħor fejn anzjan ġie aggredit minn l-istess persuni involuti.
Wara tfittxija li saret fuq it-tliet persuni arrestati, instabu l-affarijiet li allegatament insterqu minn fuq il-vittmi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija komplew fis-sigħat ta wara’ fejn ġiet identifikata persuna oħra li kienet involuta f’dan ir-reat u ġiet ukoll arrestata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.