Erba’ żgħażagħ indarbu wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-01:15 ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li tfajla ta’ 20 sena,resident
Flimkien mat-tfajla, fl-istess vettura kien hemm ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar, ġuvni ta’ 20 sena residenti Raħal Ġdid u tfajla ta’ 17-il sena residenti Pembroke.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittmi u ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard iż-żewġ ġuvintur u t-tfajla ta’ 20 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tfajla ta’ 17-il sena sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.