Lwizou Ibrahim Ali Khamis Ahmed, Eġizzjan ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq kien ikkudannat erba’ xhur ħabs wara li pprova jsiefer b’karta tal-identità falza.
Fil-Qorti ntqal kif hu xtara d-dokument mill-internet li aktarx mit-Turkija. B’hekk ġie akkużat li uża dokument falz u li għamel dikjarazzjoni falza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żgħażugħ li kien arrestat qabel qabad titjira lejn l-Italja, ammetta l-akkużi u intbgħat erba’ xhur ħabs.