L-Istati Uniti akkużaw erba’ uffiċjali mill-Belarus bi ħtif t’ajruplan b’rabta mal-każ f’Mejju li għadda meta ajruplan tal-passiġġieri biddel ir-rotta lejn Minsk.
Il-Prosekuturi qed jallegaw li l-uffiċjali għamlu theddida b’bomba falza biex it-titjira ta’ Ryanair tibdel ir-rotta u tinżel fil-kapitali tal-Belarus, fejn il-ġurnalist tal-Oppożizzjoni Roman Protasevich u t-tfajla tiegħu ġew arrestati.
Uffiċjali tal-FBI sejħu l-inċident bħala “ksur tal-liġi bl-addoċċ”.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, rapport tal-Ġnus Magħquda kkonkluda li t-theddida tal-bomba kienet deliberament falza.
Jekk jitressqu quddiem il-ġustizzja Amerikana, l-akkużati jistgħu jaffaċċjaw sentenza ta’ għomor il-ħabs.