Niġerjan, li kien se jibda ġuri t-Tlieta, ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li ammetta disa’ snin wara li importa inqas minn sitt mitt gramma kannabis minn Sqallija għal skop ta’ traffikar.
Eshiemokhai Yakubu Okhiulu ta’ tmienja u tletin sena kien ġie arrestat mal-wasla tiegħu minn Sqallija f’Diċembru tal-elfejn u erbatax.
Il-Pulizija qalet lill-Qorti li kienet sabet il-kannabis imgeżwra f’laħam nej, ġewwa borża tal-plastik safra fil-bagalji tiegħi. Testijiet tal-laboratorju aktar tard ikkonfermaw li s-sustanza kienet kannabis b’purità ta’ 7.5%.
Qabel ma tat is-sentenza, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkunsidrat diversi fatturi, fosthom li hu ammetta disa’ snin wara li wettaq ir-reat u seba’ snin wara li ħarġet l-att tal-akkuża.