Nhar il-11 ta’ Jannar tal-2020, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, kienu għadhom kif ngħaddew il-voti tal-membri tal-Partit Laburista li vvotaw bi ħġarhom f’elezzjoni għal Mexxej ġdid bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat.
Fis-sigħat bikrin tal-lejl ta’ wara, Robert Abela ta’ 42 sena kien sar id-disa’ Mexxej tal-Partit Laburista.
Fl-aħħar erba’ snin mill-ħatra tiegħu, il-Partit Laburista kompla jkun l-akbar forza politika li tisma’, tifhem u taġixxi.
It-tmexxija ta’ Robert Abela kisbet l-akbar rebħa elettorali fl-istorja ta’ Malta sovrana, dik fl-elezzjoni ta’ Marzu 2022, grazzi wkoll għall-manifest ‘Malta Flimkien’, b’1,000 proposta għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
Minkejja l-akbar sfidi li ffaċċjat id-dinja kollha mill-2020 lil hawn, illum Malta, taħt it-tmexxija ta’ Dr Abela, għadha tirreġistra l-aqwa riżultati fl-istorja tagħha u anke minn fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI