Kien proprju erba’ snin ilu meta Simon Schembri ħareġ għal ġurnata normali tax-xogħol, ġurnata li spiċċat bidlitlu ħajtu.
Dan wara li kien involut f’inċident li kawża tiegħu tilef parti minn idejh waqt li kien qed jaqdi dmiru.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light, spjegat kif minkejja t-triq iebsa li kellu jaffaċċja, Simon xorta rnexxielu jiġġieled din il-ġlieda.
Sostniet kif minflok ħalla din it-traġedja tkissru, Simon ħadem billi flimkien ma sħabu waqqaf din il-fondazzjoni sabiex ikunu ta’ sostenn għall-ħaddiema tal-forzi tal-ordni u l-ħaddiema tal-emerġenza.
Temmet billi qalet “Simon int ispirazzjoni għalina lkoll!”.