Kien propju bħal-lum 4 snin ilu meta saret l-aħħar tislima lil Chanelle Bezzina; tfajla ta’ 22 sena min-Naxxar.
Il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar ftit jiem wara fit-18 ta’ Jannar kienet ippakkjata b’nies kollha qalbhom sewda, li l-anġlu tat-tbissim ħalliet din id-dinja. Il-Knisja kienet armata bi bżieżaq roża u bosta kantanti li tant kienet tħobb issegwi Chanelle, ġew ituha l-aħħar tislima b’leħinhom.
4 snin wara, ommha Simone kitbet fuq facebook tfakkar il-memorja tagħha kif ukoll turi li l-vojt li ħalliet jibqa’ jinħass għal dejjem.
Iżda Chanelle kellha tbissima speċjali; tbissima li għadha tgħix u li tagħti kuraġġ lil kull min għaddej minn toqol partikolari fil-ħajja speċjalment dawk li jsofru minn mard bħal kanċer; marda li hi rnexxielha tirbħilha.