Jason Zammit ta’ 43 sena ingħata setenza ta’ erba’ snin ħabs wara li ammetta li f’erba’okkażjonijiet inqabad b’pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina.
Ir-raġel, li m’għandux impjieg, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li d-droga ma kinitx għall-użu personali.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale ħeġġeġ lill-akkużat biex waqt li jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija, jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni biex jegħleb il-vizzju tad-droga.
Minbarra s-sentenza ta’ erba’ snin ħabs, l-imputat ġie mmultat ukoll €1,000.