Sudaniż ta’ 22 sena li ma għandux saqaf fuq rasu weħel erba’ snin ħabs wara li ammetta li ta fastidju sesswali lil mara fuq karozza tal-linja.
Adam Saleh wieġeb li hu ħati li ta fastidju sesswali lil mara li kienet riekba fuq karozza tal-linja viċin Ħal Luqa fejn eventwalment huwa baqa’ jsegwiha.
Il-vittma bdiet tgħajjat għall-għajjut u raġel li kien għaddej waqaf sabiex jipproteġiha mill-imputat.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima sabitu ħati li kkawża biża’ ta’ vjolenza fuq il-vittma. Kif ukoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma u imponiet garanzija personali ta’ €2,000.