Anzjan li kien instab ħati li wettaq atti sesswali man-neputija tiegħu ta’ erba’ snin, kellu s-sentenza ta’ erba’ snin ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell.
Dan wara li l-anzjan appella mis-sentenza li nqatgħet f’Ġunju tal-2024, meta hu nstab ħati li fl-2019 hu wettaq atti sesswali fuq in-neputija tiegħu.
Il-każ kien ħareġ fil-beraħ meta t-tifla ta’ erba’ snin kienet qalet lil missierha dwar l-atti li wettaq nannuha waqt li kienu fuq vaganza mal-akkużat u familtha.
Intqal kif it-tifla kienet qalet li nannuha miss il-parti privata tiegħu ma’ tagħha u li din seħħet madwar għaxar darbiet fid-dar tal-akkużat.
Intant il-Qorti sostniet kif l-anzjan ma kienx kredibbli fil-verżjoni tiegħu u li l-vittma dejjem kienet konsistenti u għalhekk ordnat li jintbagħat erba’ snin ħabs, li jirċievi trattament għal sentejn u kif ukoll li ismu jitniżżel fuq ir-reġistru ta’ dawk li jabbużaw mit-tfal.