Erba’ uffiċjali tal-pulizija f’Dallas inqatlu minn snipers waqt protesti kontra l-qtil ta’ rġiel b’karnaġġjoin skur mill-pulizija.
Fuq Twitter, il-pulizija qalet li wieħed mis-suspettati jinsab fil-kustodja tal-pulizija, filwaqt li perusna ta’ interess tat ruħha b’idejha.
L-isparar seħħ waqt li d-dimostranti kienu għaddejjin mill-belt. Il-protesti srau wara l-mewt ta’ Philando Castile f’Minnesota u Alton Sterling f’Louisiana.
Il-kap tal-pulizija f’Dallas David Brown qal li b’kollox intlaqtu ħdax-il uffiċjal minn snipers. Għal bidu kien maħsub i mietu tlieta, iżda imbagħad il-pulizija kkonfermat li miet ir-raba uffiċjal.