Erba’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li tmienja ndarbu fit-Turkija kawża ta’ vjolenza li nħolqot wara kampanja elettorali.
Dan l-inċident sied aktar it-tensjoni għall-jum tal-votazzjoni li se jkun fl-24 ta’ Ġunju, liema jum il-President Recep Tayyip Erdogan qed jimmira għat-tieni term.
Il-vjolenza bdiet fil-villaġġ Kurdu, Suruc, meta membru parlamentari kien qed iżur xi ħwienet.