Fi stqarrija l-Ministeru għas-saħħa qal li erba’ persuni mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
L-ewwel anzjan ta’ 74 sena, kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Novembru, miet ilbieraħ, fl-Isptar Mater Dei.
Raġel ta’ 61 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Anzjan ta’ 83 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Anzjan ieħor ta’ 99 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru. Huwa miet matul dan il-lejl, fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba u appella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati biex b’hekk nibqgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.