Erba’ persuni mietu u 16 indarbu wara li ċediet u ġġarrfet binja ta’ żewġ sulari fil-gżira Spanjola, Majorca.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija, fejn preżenti fuq il-post kien hemm għexieren ta’ turisti għal btala.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Immedjatament l-awtoritajiet bdew b’operazzjoni ta’ salvataġġ li damet kważi erbgħa sigħat biex isalvaw lil dawk li nqabdu taħt it-tiġrif tal-binja.
Dwar dan ikkumenta l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez li bagħat il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi.