Erba’ persuni ma setgħux jiftakru tajjeb x’ġara dakinhar li seħħ l-allegat argument li fih kien involut il-Libjan Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King.
Dan hekk kif illum kompla l-każ li fih, Elmushraty jinsab akkużat li weġġa’ serjament raġel ieħor waqt ġlieda fi stabbiliment f’Tas-Sliema, u li kien riċediv.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa qiegħed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Fix-xhieda tagħhom, it-tliet bouncers u persuna li kien qiegħed jiċċekja l-biljetti qalu li ma jiftakrux eżatt x’ġara dakinhar.
Il-każ se jkompli f’Diċembru.