Erba’ persuni nqatlu fi splużjoli li seħħet f’ħanut f’Leicester fl-Ingilterra.
Il-Pulizija ddikjarat dan l-inċident bħala wieħed serju wara li sar rapport ta’ splużjoni f’Hinckley Road fis-19:00 tas-Sibt filgħaxija.
Erba’ persuni ttieħdu l-isptar, fejn persuna minnhom ndarbu gravi.
Il-Pulizija sostniet li x’aktarx hemm aktar persuni li ndarbu iżda għadhom maqbudin fit-tifrik.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ għadha għaddejja.
S’issa ma kien hemm ebda ħjiel li dan seta’ kien attakk terroristiku.