Erba’ persuni nqatlu wara li militanti attakkaw id-dar tal-Ministru tad-Difiża tal-Afganistan.
Bismillah Khan Mohammadi ma kienx id-dar meta l-aggressuri splodew karozza bomba u sparaw tiri biswit ir-residenza f’Kabul.
Il-membri tal-familja tiegħu ġew evakwati u jinsabu siguri filwaqt li l-aggressuri nqatlu.
Dan l-attakk sar fi sfond ta’ ġlied li ilu għaddej anki fi bliet oħra Afgani; bil-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qed isejjaħ għal waqfien immedjat tal-vjolenza.