Illum għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fi Triq Rue D’Argens kantuniera ma’ Triq tas-Sliema, Gżira seħħet ħabta bejn vettura tal-Pulizija u vettura oħra.
Il-vetturi nvoluti huma Ford Fiesta, li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 54 sena u vettura tas-servizz tal-għamla Ford Focus misjuqa’ minn Kuntistabbli ta’ 25 sena residenti Santa Venera.
Iż-żewġ xufiera, Surġent ta’ 35 sena residenti l-Gżira u Kuntistabbli mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann, ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza.
Iktar tard ir-raġel ta’ 54 sena ġie ċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi, filwaqt li it-tliet Pulizija sofrew ġrieħi ħfief.
Raġel ta’ 20 sena li kien riekeb mar-raġel ta’ 54 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.