Erbgħa persuni qegħdin jiġu investigati b’rabta mal-wasla tad-disa’ immigranti li waslu f’Malta b’mod illegali l-Ħadd filgħaxija.
Kien għal l-ħabta tas-sitta u nofs tal-Ħadd filgħaxija fejn persuni li kienu biswit il-pitch tal-waterpolo ta’ Wied il-Għajn raw speedboat dieħla lejn ix-xatt.
Abbord l-ispeedboat kien hemm disa’ persuni fosthom mara, tifel u raġel anzjan li qegħdin jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni fil-Marsa. Il-persuni huma ta’ nazzjonalita Libjana u Sirjana.
Mal-wasla tagħhom f’Malta, il-pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha b’sorsi jgħidu li matul il-jum tat-Tnejn, il-Pulizija bdiet tkellem żewġ sirjani u żewġ libjani li kienu fuq l-ispeedboat. L-istess sorsi kkonfermaw li l-Pulizija mhix temmen li l-immigranti waslu f’Malta bi vjaġġ li telaq direttament mil-Libja hekk kif dikjarat mill-erba’ rġiel.
Is-sorsi spjegaw li l-pulizija elevat id-dgħajsa bil-għan li tistabbilixxi l-fatti marbua mal-każ fosthom ir-reġistrazzjoni tagħha.
Il-Pulizija mhix teskludi li wara dan il-vjaġġ hemm persuni oħra involuti u mhix teskludi l-anqas li dan il-każ mhux xi fula f’qargħa.
Kif stqarr anki l-Ministru għas-sigurta nazzjonali Michael Farrugia.
Farrugia spjega kif “Hemm ħafna mistoqsiiet li wieħed irid jaghmel. Min trasporthom .. Jekk hux xi ħaġa ta’ darba? Min hemmhekk jittieħdu l-passi legali.”