Minn tal-inqas erba’ persuni ndarbu waqt attakk b’sikkina f’Pariġi.
L-attakk seħħ viċin ta’ fejn kienu l-uffiċini ta’ Charlie Hebdo, fejn kien seħħ attakk fatali li ħalla 12-il persuna mejta f’Jannar ta’ ħames snin ilu.
Tnejn minn dawk li ġew attakkati jinsabu f’qagħda kritika, filwaqt li l-pulizija Franċiża għaddejja bi tfittxijiet għal żewġ suspettati.
Il-Prim Ministru Franċiż Jean Castex temm ħesrem iż-żjara tiegħu f’Seine-Saint-Denis fit-tramuntana ta’ Pariġi filwaqt li kkonferma li erba’ persuni huma midruba wara dan l-attakk.