Diversi xhur ta’ ħidma mill-Pulizija, wasslu għal sejba ta’ 10 kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina, matul il-lejl tal-Ħadd.
B’rabta ma’ din is-sejba, ġew arrestati koppja Belġjana u żewġt irġiel Maltin, wieħed ta’ 38 sena, residenti Birkirkara u ieħor ta’ 41 sena, residenti Ħal Safi. Huma qed jinżammu sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet u mhux eskluż li jitressqu l-Qorti għada, akkużati bl-importazzjoni, traffikar u pussess aggravat tal-imsemmija droga.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr I. Farrugia LLD ġie infurmat bil-każ, fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.