Il-pulizija Indjana arrestat erba’ persuni suspettati li llikjaw episodju tax-xow popolari televiżiv, Game of Thrones qabel ma xxandar.
Tlieta mill-akkużati huma impjegati fi Prime Focus Technology, filwaqt li wieħed ieħor huwa eks impjegat.
Prime Focus, li hija kumpanija bbażata f’Mumbai ressqet ilment lill-pulizija dwar din is-serje li diġa hija l-aktar xow li qatt ġiet segwita b’mod illegali onlajn.
Ir-raba’ episodju tas-seba’ staġun kien illeakjat fl-erbgħa ta’ Awissu, ġranet qabel ma kellu jintwera globalment.