Tliet irġiel u tfajla ta’ sittax–il sena kienu arrestati fi Franza wara suspetti li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku f’Montpellier.
Skont rapporti fil-midja Franċiża, dawk arrestati kienu qed jaħdmu fuq splussivi simili ħafna għal dawk li ntużaw fl-attakki f’Pariġi f’Novembru tal-2015.
It-tfajla li ġiet arrestata hija magħrufa mal-awtoritajiet għal rabtiet radikali Iżlamisti. Sa mill-bidu tal-2015, minn tal-anqas 230 persuna tilfu ħajjithom f’attakki fi Franza; bil-pajjiż tal-aħħar ilu fi stat t’emerġenza sa minn dak iż-żmien, u mistenni jibqa’ fis-seħħ sa wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fil-pajjiż f’Lulju li ġej.