Erba’ persuni ma nstabux ħatja li kkawżaw ġrieħi serji lil persuna f’Ġunju tal-elfejn u tmintax.
Enzo Seychell, Sean Seychell, John Seychell u Clayton Muscat inħelsu mill-akkużi wara li l-Qorti ma sabitx evidenza sostanzjali biżżejjed sabiex issib lill-imputati ħatja. Din l-evidenza kienet tinkludi filmat elevat minn kamera tas-sigurtà.
Min-naħa tiegħu, Mark Anthony Zahra, li ġarrab il-ġrieħi gravi f’dan l-inċident, għażel li ma jagħtix ix-xhieda tiegħu f’din il-kawża.
Għall-erba’ imputati deher l-avukat Dr. Ishmael Psaila.