Il-Gvern qed iħejji biex is-sena d-dieħla jinbnew mill-ġdid u jitwessgħu Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg spjega kif Infrastruttura Malta rċeviet 4 offerti, b’valur medju ta’ €9.2 miljun għax-xogħol meħtieġ sabiex il-Gvern itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din it-triq importanti.
Dan l-investiment se jtejjeb ukoll konnessjoni importanti għal diversi lokalitajiet, fosthom Ħaż Żebbuġ, Ħal Qormi, il-Marsa, Raħal Ġdid,Ħal Luqa, il-Gudja, Ħal Kirkop, Ħal Safi, ż-Żurrieq, l-Imqabba u l-Qrendi.
Fl-istess ħin, dan il-proġett se jkompli jsaħħaħ l-aċċess għall-Ajruport u diversi żoni kummerċjali lejn in-naħa ta’ isfel ta’ Malta.