Erba’ nisa Kolombjani ngħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin u multa ta’ mitt ewro kull wieħed, wara li fil-Qorti ammettew li pparteċipaw fit-tmexxija ta’ burdell fil-Gżira.
In-nisa, li l-età tagħhom tvarja bejn id-dsatax-il sena sa disgħa u għoxrin sena, ġew arrestati f’rejd li sar mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji wara operazzjoni ta’ sorveljanza.
F’din l-operazzjoni, il-Pulizija nnutaw irġiel differenti jidħlu f’appartament u jitilqu wara nofs siegħa jew siegħa.
Fl-awla, in-nisa ma semmewx persuni terzi li setgħu kienu nvoluti fl-operat ta’ dan il-burdell.