Erba’ Membri Parlamentari Ewropew mill-Partit ta’ Farage, il-Brexit Party huma mistennija li jirrizenjaw. Dan se jkun qed isir ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru li ġej.
Fi stqarrija, Farage qal kif huwa diżappuntant b’din il-manuevra.
Annunziata Rees-Mogg, waħda mill-erba’ Membri Parlamentari Ewropew li rriżenjat mill-partit ta’ Farage qalet kif il-poplu Ingliż fl-2016 ivvota favur Brexit u esprimiet li hija ħa tingħaqad mal-Partit Konservattiv.
Il-partit ta’ Farage nħoloq kmieni din is-sena min Nigel Farage, li ġab diversi siġġijiet fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f’Mejju li għadda ġab diversi siġġijiet.