Il-Pulizija Ingliża qed tinvestiga attakki li saru fuq erba’ moskej f’Birmingham, l-Ingilterra. Jidher li l-attakki seħħew tul il-lejl li għadda, u dalgħodu nstabu bil-ħġieġ imkisser.
Jidher ukoll li l-Pulizija għandha informazzjoni li raġel waħdu kisser il-ħġieġ tal-binjiet għall-ħabta tas-2:30am, ħin tal-post, b’mannara.
Minuti biss wara, il-Pulizija rċivew rapport ta’ attakk simili fuq moskea oħra fl-inħawi.It-tfittxija għall-aggressur għadha għaddejja.