Erba’ minuri ġew aggrediti f’argument li qam bejn grupp ta’ żgħażagħ fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija.
Il-Pulizija qalet kif l-allegati aggressuri ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku fejn żagħżugħ ta’ 15-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
It-tlieta l-oħra ngħataw il-kura f’Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.