Erba’ miljun persuni sa issa ħarbu mill-Ukrajna mill-bidu tal-gwerra u kelliem għall-Kremlin qal li sa issa għad ma kienx hemm żviluppi konkreti fit-taħdidiet diplomatiċi bejn l-Ukrajna u r-Russja li saru fit-Turkija din il-ġimgħa.
Intant, il-president Ukren Volodymyr Zelensky qal kif eluf ta’ nies inqatlu fil-belt ta’ Mariupol.
Din il-belt fin-Nofsinhar tal-pajjiż, kienet waħda mill-iktar li sofriet ħsarat minħabba l-bumbardamenti qawwija mit-truppi Russi minn meta bdiet l-invażjoni ftit iktar minn xahar ilu.