Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga, wasslet għal-larrest ta’ erba’ persuni, żewġt irġiel u żewġ nisa Maltin, li l-età tagħhom tvarja bejn id-29 u t-53 sena. L-arrest sar f’residenza fi Triq Amery, Tas-Sliema, fejn kien qed isir abbuż u traffikar ta’ diversi sustanzi.
Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad u kannella allegatament droga kokaina u eroina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati. Instabu ukoll diversi oġġetti oħra relatati malabbuż u t-traffikar tad-droga flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Żammit LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntanta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li mhux eskluż li l-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.