Erba’ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident f’Ħal Tarxien il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21:00 tal-lejl li għadda fi Triq San Anard, Ħal Tarxien, meta vettura tat-tip Opel Tigra misjuqa minn raġel ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar ħabtet ma’ vettura oħra tat-tip Honda Civic misjuqa minn raġel ta’ 21 sena minn Marsascala, u vettura oħra tat-tip Hyundia l10 misjuqa minn raġel ta’ 64 sena minn Ħal Tarxien.
Bulgara ta’ 16-il sena, u mara ta’ 61 sena minn Ħal Tarxien, li kienu passiġġiera f’waħda mill-vetturi, ittieħdu l-Isptar flimkien mal-ġuvni ta’ 20 sena, u r-raġel ta’ 64 sena.
Iż-żewġt irġiel qed isofru minn ġrieħi ħfief, u ż-żewġ nisa qed isfru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.