Ħidma mill–Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mas-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija permezz tal-kelb Ceaser, nhar il-15 ta’ Settembru 2016, tat il-frott hekk kif instabu madwar erba` kilos pjanta tal-kannabis.
L-imsemmija sejba saret wara ħidma fit-tul li bdiet minn Sqallija.
It-tfittxija f’pajjiżna bdiet hekk kif il-vettura li fiha nġarret u nstabet id-droga niżlet minn fuq vapur tal-passiggieri misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħal Luqa.
Żewġt irġiel ta’ nazzjonalita Niġerjana ta’ 27 u 28 sena rispettivament u residenti Ħal Luqa ġew arrestati b’rabta mal-każ.
Dawn it-tliet persuni tressqu il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Stafrace Zammit LL.D b’akkużi ta’ importazzjoni, pusses u assoċċjazzjoni sabiex isir reat.
Il-mara ta’ 41 sena ingħatat il-liberta proviżorja, filwaqt li ż-żewġ irġiel ta’ Nazzjonalita Niġerjana inżammu taħt arrest preventiv.