Fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġw 4 każijiet minn fost 2,528 test, biex bħalissa hawn 46 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 988,157 test.
Ingħataw ukoll 670,759 doża tal-vaċċin. Minnhom, 359,169 kienu l-ewwel doża u 325,891 issa huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.