Żewġ tfajliet ta’ 23 sena sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fit-20.30pm tat-Tnejn, fi Triq Sant Andrija.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi, li kienu Opel Astra misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena min-Naxxar, Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Pembroke u Jaguar XF misjuqa minn raġel Portugiż.
Fl-Opel kien hemm ukoll iż-żewġ tfajliet ta’ 23 sena residenti r-Rabat u Ħal Kirkop rispettivament. Membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza tagħhom sabiex iż-żewġ tfajliet jinħarġu mill-vettura. Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu lill-persuni involuti fl-inċident l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Iktar tard, is-sewwiea tal-Opel u tal-Jaguar kienu ċċertifikati li qed isofri minn ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Malta Road Traffic Updates