Sam Abela u David Thake ippreżentaw in-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali fit-tnax-il distrett beix jimtela’ post Simon Busuttil fil-Parlament. Dan fit-tielet jum li fih jistgħu jintefgħu in-nominazzjonijiet
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali spjegat li l-elezzjoni każwali fit-tnax distrett elettorali qed issir biex jimtela l-post ta’ membru parlamentari wara r-riżenja ta’ Simon Busuttil.
Fi stqarrija separata l-Kummissjoni kkonfermat ukoll li Graziella Attard Previ u Charles Selvaggi tefgħu in-nomina għall-elezzjoni każwali fid-disa’ distrett elettorali biex jimtela’ post Marthese Portelli. Dan huwa t-tielet jum ipprovdut għan-nomini fuq dan id-distrett.
Elezzjoni każwali fid-disa’ distrett elettorali biex jimtela l-post ta’ membru parlamentari wara r-riżenja ta’ Marthese Portelli.