Is-Sibt filgħodu, il-’Malta Rowing Club’ tal-Università ta’ Malta, nieda tmien dgħajjes tal-qdif ġodda, li huma tal-ewwel xorta tagħhom f’pajjiżna.
Dan sar b’investiment ta’ €70,000, li parti minnhom ġejjin mill-Fond għall-Kawżi Soċjali.
Il-President ta’ dan il-klabb, Rebekah Caruana, qalek kif fil-ġimgħat li ġejjin pajjiżna se jkun qed jospita numru ta’ kompetizzjonijiet u attivitajiet internazzjonali b’rabta mal-qdif. Fil-fatt f’okkażżjoni minnhom f’Malta ġejjin 20 żagħżugħ u żagħżugħa minn New Zealand u l-Awstralja, li flimkien mal-atleti Maltin se jikkompetu f’dik magħrufa bħala ‘ANZAC Beach Sprint Competition.’
F’konferenza tal-aħbarijiet intqal kif permezz ta’ dan l-investiment, dan l-investiment se jippermetti biex tissaħħaħ l-inklussivita u anke jsir aktar aċċessibbli.
F’konferenza tal-aħbarijiet, tkellmu wkoll il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna u r-Rettur tal-Università ta’ Malta l-Professur Alfred Vella.
Hawn intqal kif il-qdif mal-kosta, li jipprattikaw l-atleti f’pajjiżna, se jkun rikonoxxut għall-logħob Olimpiku fl-2028 u l-logħob tal-Commonwealth fl-2026.