Atleti Maltin jissieħbu fil-Marathon des Sables 2018 biex jiġbru fondi għal Jake Vella
Erba’ atleti lokali se jidħlu għal sfida diffiċli immens fid-deżert tas-Sahara għall-inizjattiva tagħhom ‘Running the Dunes for Jake’
Tim ta’ atleti minn Malta ser jieħu sehem fil-Marathon des Sables f’April 2018 biex jinġabru fondi għat-triatleta żgħażugħ lokali Jake Vella.
Bħala parti mill-inizjattiva tagħhom ‘Running the Dunes for Jake’, l-atleti Maltin Daniel Agius, Steve Chetcuti, Ben Mifsud u Jack Schiavone se jkunu qed jieħdu sehem f’tiġrija mad-deżert tas-Sahara li hija magħrufa għal kemm hi diffiċli. F’temperaturi ta’ 50 grad Celcius, l-atleti jridu jkopru distanza ta’ 250 kilometru f’sitt stadji fuq sebat ijiem, billi jġorru l-provvisti tagħhom stess tal-ikel u l-affarijiet għall-irqad biex ikunu kompletament indipendenti. It-tined u l-porzjonijiet allokati tal-ilma jiġu pprovduti mill-organizzaturi.
It-tim Malti se jkun qed juża din l-isfida biex jiġbor fondi għal Jake Vella, li huwa wieħed minn madwar 75 persuna fid-dinja li ġie kkonfermat li għandu l-marda ta’ ‘ROHHAD’, marda rari immens fejn l-obeżità hija ormonali. Il-pazjenti bir-ROHHAD (Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction, Hypoventilation and Autonomic Dysregulation) ma jistgħux iwaqqfu lilhom infushom milli jżidu fil-piż avolja jagħmlu l-eżerċizzju u dieta.
Minkejja li għandu din il-kundizzjoni rari, Jake, li għandu 9 snin, jipparteċipa b’mod regolari fit-tiġrijiet tat-triatloni lokali, u d-determinazzjoni tiegħu ispirat lil erba’ atleti Maltin biex jibdew il-kampanja ‘Running the Dunes for Jake’ li permezz tagħha se jikkompetu fil-Marathon des Sables biex jiġbru fondi għal Jake.
AvisBudget Malta qed jappoġġja lill-atleti għall-isfida tal-Marathon des Sables, permezz ta’ fondi miġbura fl-inizjattiva annwali Run for Life. Permezz ta’ din l-attività, l-impjegati ta’ AvisBudget ikkompetew f’tiġrijiet lokali tal-ġiri, fejn il-kumpanija kienet qed tagħti €1 għal kull kilometru li jsir, u kull impjegat jista’ jagħżel ukoll li l-kumpanija tagħti wkoll il-miżati ta’ parteċipazzjoni li jkunu ġew rimborsati għall-kawża.
Oriġinarjament imnedija internazzjonalment fl-2016 mill-Grupp AvisBudget, l-inizjattiva Run for Life ġewwa AvisBudget Malta rebħet il-premju għall-ikbar numru ta’ tiġrijiet fl-organizzazzjoni għal sentejn konsekuttivi, billi appoġġjaw lis-Salesjani ta’ Don Bosco fl-ewwel sena, u billi użaw il-fondi miġbura fl-2017 biex jappoġġjaw il-kampanja ‘Running the Dunes for Jake’.
“Id-donazzjoni u l-appoġġ mogħtijin minn AvisBudget huma possibbli grazzi għas-sehem tal-impjegati ta’ AvisBudget Malta u l-appoġġ morali tal-kollegi tagħhom, li għalih aħna grati estremament. Apparti milli tiġbor fondi għal kawża tajba ħafna, din l-inizjattiva tgħin ukoll biex jitħeġġeġ stil ta’ ħajja aktar san fost l-impjegati tagħna, kif ukoll biex jissaħħaħ l-ispirtu ta’ tim tagħna,” qal Andrea Aquilina.
“Aħna ferħanin immens li qed nappoġġjaw lil dawn l-erba’ atleti Maltin kuraġġjużi biex jaffrontaw din l-isfida diffiċli fil-kampanja ‘Running the Dunes for Jake’. Nittamaw li din il-prova se toħloq aktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni ta’ Jake, u nħeġġu lil oħrajn biex huma wkoll jappoġġjaw din il-kawża siewja bi kwalunkwe mod jistgħu.”
Għal aktar tagħrif, jew biex tagħmlu donazzjoni għall-kampanja ġbir ta’ fondi ‘Running the Dunes for Jake – Marathon des Sables 2018’, żuru https://gogetfunding.com/running-the-dunes-for-jake-marathon-des-sable-2018/