Erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan qalu fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru. Hija mietet fid-29 ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fir-Residenza St Vincent de Paule.
Fit-tielet każ anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, Hija mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.