Erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożitivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 96 sena, li kienet ikkonfermat pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru. Hija mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 71 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Jannar. Hija mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru. Hu miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru. Hija mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni.