L-aħħar 24 sigħa kienu impenjattivi għal klabb ta’ Sliema Wanderers FC b’numru ta’ akkwisti u konfermi għal staġun ieħor.
L-ewwel akkwist fl-aħħar sigħat kien tad-difensur laterali Portugiż Nuno Malheiro li għandu 26 sena. Huwa lagħab mat-tim nazzjonali tal-Portugall fl-etaijiet ta’ taħt il-16 u l-17 il-sena. Riċentament huwa lagħab mal-klabb Pollakk PKO Ekstraklasa u anke fil-Portugall.
Il-Ġappuniż Riki Kakinuma huwa akkwsit ieħor għat-tim Slimiż. Il-midfielder għandu 20 sena.
Midfielder ieħor ta’ 20 sena li akkwistaw Sliema huwa l-Peruvjan Alessandro Milesi. Milesi jista jilgħab kemm fil-midfield u anke fid-difiża. Riċentament huwa kien jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena tal-Peru.
Id-dipartiment difensiv ta’ Sliema issaħħaħ ukoll bil-plejer ta’ 24 sena Hugo Miguel Carambola Meira. Dan il-plejer lagħab ukoll mat-timijiet nazzjonali ta’ taħt il-15, 15 u 17 il-sena.
Intant id-difensur laterali Taljan Antonio Stelitano ġedded il-kuntratt tiegħu mal-stess Sliema.