Twieldet l-ewwel tarbija permezz ta’ metodu ġdid – din it-tarbija għanda parti minn tliet persuni.
Ilum-il ġurnata t-trabija, ta’ sess maskili, għandu ħames xhur. Għandu d-DNA ta’ ommu u missieru, iżda għandu wkoll parti żgħira mill-għamla ġenetika tiegħu minn donatur. Il-ġenituri huma mill-Ġordan, u ħadu l-pass peress li l-omm hija kapaċi tagħmel it-tfal, imma dawn ikollhom kundizzjoni ġenetika li twassal biex it-trabi ma jkollhomx biżżejjed enerġija biex jgħixu. Uħud mietu qabel twieldu, oħrajn ftit wara.
Biex seta’ sar it-tarbija, grupp mediku Amerikan kellu jmur il-Messiku, fejn ir-regoli jippermettu ferm iktar. Esperti jgħidu li din hija era ġdida fil-mediċina, li se tiswa mitqlu deheb lil familji li għandhom kundizzjonijiet ġenetiċi rari fid-DNA tagħhom. Madankollu, il-‘mitochondrial donation’ hija teknoloġija konotroversjali għall-aħħar u anke l-esperti jwissu li hemm bżonn li kull pass ikun ikkontrollat, f’kull ħin.