Is-serje famuża internazzjonali, Game of Thrones, reġgħet fuq fomm kulħadd iżda din id-darba mhux dwar x’seħħ f’episodju iżda għax ħareġ b’mod malizzjuż episodju ġdid.
Kull nhar ta’ ħadd minn kważi erba’ ġimgħat ilu ‘l hawn, Game of Thrones reġa’ beda b’episodju ġdid kull nhar ta’ ħadd jixxandar fuq HBO. Iżda propju llum xi hacker daħal fis-sistema ta’ HBO, seraq episodju u ppubblikah fuq l-internet.
L-istess persuna li juża l-isem fittizju ta’ zmax87 ippubblika l-episodju fuq Reddit b’messaġġ qasir li jgħid “Rigal mingħan il-Pakistan.”
Huma bosta dawk li kitbu l-opinjoni tagħhom fuq il-midja soċjali, b’uħud jifirħu li se jaraw l-episodju l-ġdid jumejn kmieni minflon nhar il-Ħadd u oħrajn li kienu totalment kontra din il-kwistjoni. Fejn sostnew li mhux sew għal kwalinkwe persuna li kienet involuta f’dan il-proġett, li wara ħafna xogħol xi ħadd jisraqlek xogħlok u jippubblikajulek mingħajr il-permess tiegħek.