Kollox jinsab lest biex fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar tibda l-erbatax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.
F’din l-edizzjoni li qed titella’ f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta, sbatax-il pajjiż qed jipparteċipaw.
Bħalissa diġà bdew jaslu għadd ta’ nies li mistennija jkunu parti mill-udjenza ikkulurita.
Fost l-udjenza hemm numru sabiħ ta’ tfal u adoloxxenti ġejjin minn għadd ta’ skejjel f’Malta.
Kif mistenni l-eċitament u l-entużjażmu fost il-parteċipanti qed jaħkem sew, bil-kantanta Maltija Christina Magrin qed tiffoka fl-aħħar mumenti qabel titla’ fuq il-palk impressjonanti.
Wara provi eċċellenti, Magrin mistennija tirrapreżenta lil Malta bl-aħjar mod u nawguraw lilha u l-parteċipanti l-oħra biex jieħdu gost f’din l-esperjenza unika.