Bosta persuni diġà jinsabu lesti u entużjasti fl-Imqabba għall-mass meeting tal-Partit Laburista li waqtu se jkun qed jitkellem il-Prim Ministru Joseph Muscat u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.
Dan hekk kif kollox se jkun qed jibda fil-17:00 ta’ wara nofsinhar b’pre-party sabiex jagħti spettaklu li ser jinkludi l-aqwa mużika kummerċjali u ideali sabiex joħloq atmosfera mill-isbaħ għal waqt il-mass meeting.
Jum impenjattiv ieħor hekk kif dħalna fil-21 jum tal-kampanja elettorali, illum qed issir ukoll maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista fil-kumpless ONE fil-Marsa.