Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista nltaqa’ tajjeb ħafna minn bosta hekk kif fuq fommhom kellhom il-ħemel ta’ proposti u riformi li ppreżenta l-Partit Laburista.
Waqt Rally Team Malta fuq il-Fosos, in-nies innutat il-viżjoni għall-futur bis-saħħa tal-manifest approvat fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Huma qalulna hekk:
“Il-messaġġ qed iwasslu sewwa naħseb u qed ikun ċar u dirett ħafna.”
“Għandu viżjoni tajba ħafna, għandu viżjoni li jaf x’inhu jagħmel u naf li dak li qed iwiegħed se jwettqu.”
“Proposti kemm trid, manifest imlaħħam u kollu costed, serjetà kbira u qed nara d-differenza bejn iż-żewġ partiti.”
“Jien għoġbuni ħafna, it-tfal tiegħi se jiġu milquta minnhom.”
Fost l-aktar imsemmija kien hemm dawk li mistennija jolqtu ż-żgħażagħ bħall-għotja ta’ elf u ħames mitt ewro fuq medda ta’ tliet snin għal dawk l-istudenti li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom wara l-età obbligatorja u l-għotja ta’ għaxart’ elef ewro fuq għaxar snin għal dawk li ser jixtru l-ewwel propjetà tagħhom.
Kien hemm bosta li semmew ukoll proposti li jolqtu liż-żgħażagħ:
“Tal-loans, tal-għaxat elef ewro f’għaxar snin.”
“Tat-tfal li jibqgħu l-iskola u dawk l-elf u ħames mitt ewro ta għajnuna.”
“Naħseb tal-post, jumejn oħra nkun qed nfittex post u dik il-ħaġa li se jkun qed jaqtali ammont minn dak il-post nixtieq li forsi jkun ta’ familja. Hija xi ħaġa tajba ħafna”.
“Ħa jagħti elf u ħames mija lill-istudenti biex jibqaw jistudjaw.”
Numru ta’ persuni oħra stqarrew magħna kif proposti oħrajn ser ikunu qed jaffettwawlhom il-ħajja ta’ kuljum iżda mhux biss.
Issemmew temi favur familji differenti.
Oħrajn qalulna hekk:
“Il-proposti tal-IVF bla dubju li mhux laħqet l-aspettattiva imma qabżet l-aspettattiva għalija.”
“Hemm ħafna affarjiet pożittivi, ma nistax insemmi waħda jew tnejn. Nemmen li għandna futur sabiħ għal dan il-pajjiż.”
“Tal-IVF l-iktar waħda għax hawn ħafna nies li ma jistax ikollhom tfal, u qiegħed jilħaq lil kulħadd.”
“Jiena persuna coeliac ukoll u hemm proposta partikolari li tgħodd għalija wkoll li huwa xi ħaġa sabiħa wkoll.”