B’antiċipazzjoni għall-attività tal-Partit Laburista bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, il-Ħadd li se titella’ fit-Teatru Rialto, f’Bormla, tkellimna mal-President tal-Partit, Ramona Attard.
Attard, fissret kif it-Teatru Rialto għandu sinifikat speċjali għall-Partit Laburista hekk kif fost l-oħrajn kien il-post li minnu tnieda l-manifest elettorali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Malta Flimkien’ fl-2022.
“Dak il-manifest li minn ġimgħa għall-oħra qed jitwettaq u minn ġimgħa għall-oħra, kull nhar ta’ Ħadd, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, jagħti elenku tal-wegħdiet li qed jitwettqu.”
Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard
Għaldaqstant, il-President tal-Partit Laburista nnotat kif ir-rata ta’ twettiq tal-manifest elettorali qed tissarraf f’entużjażmu.
“Il-kandidatura b’saħħitha għall-Parlament Ewropew u kif ukoll fuq livell ta’ Kunsilli Lokali allura nistieden lil kulħadd biex bi ħġaru jattendi ħalli aħna nisimgħu flimkien il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista u fuq kollox ikun aktar entużjażmu politiku kif ukoll qed naraw in-nies ikomplu jiżdiedu minn Ħadd għall-ieħor.”
Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard