Se titwaqqaf entità ġdida dwar l-ugwaljanza li se tieħu post l-NCPE. L-għan ta’ din l-entità l-ġdida huwa li se tkun tista’ tinforza aktar f’każijiet ta diskriminazzjoni.
Ħabbar dan il-Ministru għall-ugwaljanza Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet lejlet iċ-ċelebrazzjoni tal-Pride March.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li bħalissa għaddejja ħidma sabiex ikollna policy dwar l-integrazzjoni. Għaddejja ħidma ukoll fuq żewġ abbozzi tal-liġijiet dwar l-ugwaljanza u sabiex titwaqqaf entità ġdida li se titratta l-ugwaljanza u jkollha l-poter li tinforza.
Fil-konferenza ta’ dalgħodu, tnieda l-ewwel rapport annwali għall-Ugwaljanza, wara li f’Settembru li għadda kienet tnediet l-istrateġija u pjan ta’ azzjoni għall-Ugwaljanza LGBTIQ 2018 – 2022.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis ikkundana każ li seħħ fejn bandiera tal-LGBTIQ inħarqet f’Ħal Balzan.